EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A046

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 5 - Intrapriżi konġunti
Artikolu 46

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_46/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/22


Artikolu 46

1.   Kull proġett biex tkun stabbilita Intrapriża Konġunta, sew jekk joriġina mill-Kummissjoni, sew minn Stat Membru u sew minn xi sorsi oħra, għandu jkun is-suġġett ta' nkjesta mill-Kummissjoni.

Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri u kwalunkwe korp pubbliku jew privat li hi tikkonsidra li aktarx li jipprovdu informazzjoni utili.

2.   Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti lill-Kunsill kwalunkwe proġett għat-twaqqif ta' Intrapriża Konġunta, flimkien ma' l-opinjoni motivata tagħha dwar dan.

Jekk il-Kummissjoni tagħti opinjoni favorevoli rigward il-ħtieġa ta' l-Intrapriża Konġunta proposta, hi għandha tissottometti proposti lill-Kunsill fuq dawn il-punti li ġejjin:

(a)

il-lokalità ta' l-impjant;

(b)

l-istatuti;

(ċ)

il-volum u l-iskeda tal-finanzjament;

(d)

il-possibiltà ta' parteċipazzjoni mill-Komunità fil-finanzjament ta' l-Intrapriża Konġunta;

(e)

il-possibiltà ta' parteċipazzjoni minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew xi ċittadin ta' pajjiż terz, fil-finanzjament jew l-amministrazjoni ta' l-Intrapriża Konġunta; u

(f)

l-għoti tal-vantaġġi kollha jew uħud minnhom kif indikat fl-Anness III ta' dan it-Trattat.

Il-Kummissjoni għandha tehmeż rapport dettaljat dwar il-proġett kollu kemm hu.


Top