EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 31996L0058

Id-Direttiva 96/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1996 li temenda d-Direttiva 89/686/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv

ĠU L 236, 18.9.1996, p. 44/44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Estatuto jurídico del documento Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 20/04/2018; Impliċitament imħassar minn 32016R0425

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/58/oj

31996L0058



Official Journal L 236 , 18/09/1996 P. 0044 - 0044


Id-Direttiva 96/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-3 ta’ Settembru 1996

li temenda d-Direttiva 89/686/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi d-Direttiva 89/686/KEE [4] tenħtieġ li t-tagħmir kollu personali protettiv (PPE) iġorr il-marka "CE" u din il-marka tkun akkumpanjata b’tagħrif addizzjonali li jkun jikkorrispondi mas-sena li fiha l-marka kienet imwaħħla;

Billi din l-indikazzjoni tas-sena mhix fattur li jibbenefika s-sigurtà ta’ dak li juża l-PPE; billi din l-indikazzjoni tista’ tiġi mħawda mad-data ta’ skadenza li għandha titwaħħal mal-PPE li jiqdiem;

Billi l-twaħħil ta’ l-indikazzjoni tas-sena huwa piż għall-manifatturi tal-PPE; billi l-ispiża ta’ dan il-piż mhix daqshekk negliġibbli;

Billi, minħabba l-prinċipju tas-sussidjarjetà, is-simplifikazzjoni li tirriżulta għall-manifatturi mit-tneħħija tal-ħtieġa li tiġi indikata s-sena li fiha l-marka "CE" kienet imwaħħla tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ Direttiva li temenda d-Direttiva 89/686/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness IV li jinsab mad-Direttiva 89/686/KEE il-kliem li ġej għandu jitħassar:

"Tagħrif addizzjonali:

- L-aħħar żewġ numri tas-sena li fiha l-marka ‘CE’ kienet imwaħħla; dan it-tagħrif mhux meħtieġ fil-każ tal-PPE riferit fl-Artikolu 8(3)."

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom qabel l-1 ta’ Jannar 1997, jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom javżaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 1997.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp regolat b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Settembru 1996.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU C 23, tas-27.1.1996, p. 6.

[2] ĠU C 97, ta’ l-1.4.1996, p. 8.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-22 ta’ Mejju 1996 (ĠU C 166, ta’ l-10.6.1996, p. 60), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 1996 (ĠU C 220, tad-29.7.1997, p. 11) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Lulju 1996 (ĠU C 261, tad-9.9.1996).

[4] ĠU L 399, tat-30.12.1989, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1) u 93/95/KEE (ĠU L 276, tad-9.11.1993, p. 11).

--------------------------------------------------

Arriba