7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/14


Artikolu 21

Jekk il-proprjetarju ma jipproponix li l-materja tiġi riferita lill-Kumitat ta' l-Arbitraġġ, il-Kummissjoni tista' tobbliga li l-Istat Membru kkonċernat jew l-aġenziji kompetenti tiegħu li jagħtu l-liċenza, jew jordnaw li din tingħata.

Jekk, wara li jkunu semgħu lill-proprjetarju, l-Istat Membru jew l-aġenziji kompetenti tiegħu jikkonsidraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 ma jkunux ġew sodisfatti, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni biċ-ċaħda tagħhom li jagħtu l-liċenza jew li jordnaw li din tingħata.

Jekk dawn jirrifjutaw li jagħtu l-liċenza jew li jordnaw li din tingħata jew jekk, fit-terminu ta' erba' xhur mid-data tat-talba, jonqsu milli jagħmlu xi dikjarazzjoni rigward il-għoti tal-liċenza, il-Kummissjoni tista', fit-terminu ta' xahrejn, tirreferi l-materja lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-proprjetarju tat-titolu għandu jkun mismugħ fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Jekk fis-sentenza tagħha l-Qorti tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 ikunu ġew sodisfatti, l-Istat Membru kkonċernat, jew l-aġenziji kompetenti tiegħu, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza.