31977L0538



Official Journal L 220 , 29/08/1977 P. 0060 - 0071
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0200
Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0199
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0200
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0212
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0212


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta’ Ġunju 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta’ wara fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(77/538/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrigwardjaw inter alia l-fanali taċ-ċpar ta’ wara tagħhom

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’ jew minflokk ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], tiġi introdotta fir-rigward kull tip ta’ vettura;

Billi fid-Direttiva 76/756/KEE [4], il-Kunsill stabbilixxa l-ħtiġiet komuni dwar l-installazzjoni ta’ mezzi ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Billi proċedura armonizzata ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għal fanali taċ-ċpar ta’ wara tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-komformità mal-ħtiġiet komuni dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma l-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta' komponent komplut għal kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta’ wara; billi t-tpoġġija ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent fuq il-fanali taċ-ċpar ta’ wara kollha manifatturati skond it-tip appruvat tneħħi kull bżonn għal verifiċi tekniċi fuq dawn il-fanali taċ-ċpar ta’ wara fl-Istati Membri l-oħra;

Billi huwa mixtieq li jiġu abbozzatti il-ħtiġiet tekniċi sabiex jkollhom l-istess għan bħax-xogħol li jkun għaddej dwar dan is-suġġett fill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU;

Billi l-aprossimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward il-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tat-testijiet mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi ta’ ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent ghal kull tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara li jissodisfa il-ħtiġiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar kif stabbiliti fl-Annessi 0, II u III

2. L-Istat Membru li ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni huma konformi mat-tip approvat, safejn dan huwa neċessarju u jekk hemm bżonn f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. Tali verifika għandha tiġi limitata għal kontrolli saltwarji.

Artikolu 2

Stati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent konformi mal-mudell muri fl-Anness II.

Stati Membri għandhom jieħdu il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn il-fanali taċ-ċpar ta’ wara li ġew mogħtija l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħra.

Artikolu 3

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta’ wara għal raġunijiet li jirrigwardaw il-kostruzzjoni tagħhom jew il-metodu ta’ kip jaħdmu jekk ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent.

2. Madanakollu, Stat Membru jista’ jiprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta' wara li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent li b'mod konsistenti jonqsu li jikkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni minnufih bil-miżuri meħuda, waqt li jispeċifika r-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xhar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip ta'komponent, li eżempju tagħhom jinsab fl-Anness I, komplut għal kull tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent isib li numru ta’ fanali taċ-ċpar ta’ wara li jkollhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent ma humiex konformi mat-tip li kien approva, għandu jieħu il-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta' l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, meta jkun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu għall-irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’tali nuqqas li jikkonformaw.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent, u bir-raġunijiet ta’ din il-miżura.

Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tkun irrifjutata jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għal fanal taċ-ċpar ta’ wara jew li jkun ipprojbit it-tqegħid fis-suq jew l-użu tiegħu, għandha tniżżel b’mod dettaljat ir-raġunijiet li fuqhom hi bbażata. Tali deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispozizzjoni tagħha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bit-termini ta' żmien permessi sabiex jeżerċitaw tali rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent u huma mgħammra skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jiprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta’ wara jekk dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent u huma mgħammra skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva. "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha ta’ l-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi 25km fis-siegħa, u l-karrijiet taghħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura jew għall-forestrija u vetturi użati għal xogħolijiet pubbliċi.

Artikolu 10

Kull emenda meħtieġa biex jiġu aġġustati l-ħtiġiet ta' l-Annessi sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandha tiġi addottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 11

1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex jkunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

2. Stati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kommunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Rodgers

[1] ĠU Nru C 118, 16.5. 1977.p. 29

[2] ĠU Nru C 114, 11.5.1977, p. 2

[3] ĠU Nru L 42, 23. 2. 1970, p. 1.

[4] ĠU Nru L 262, 27. 9. 1976, p. 1

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS 0: | Definizzjonijiet, speċifikazzjonijiet ġenerali, intensità tad-dawl mitfugħ, proċedura tat-test, test tar-resistenza għas-sħana, kulur tad-dawl mitfugħ, konformità tal-produzzjoni |

ANNESS I: | Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent |

ANNESS II: | Approvazzjoni tat-tip tal- KEE ta' komponent u ħtiġiet ta’ mmarkar |

ANNESS III: | Kejl fotometriku |

--------------------------------------------------

ANNESS 0

DEFINIZZJONIJIET, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ, PROĊEDURA TAT-TEST, TEST TAR-RESISTENZA GĦAS-SĦANA, KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. "Fanal taċ-ċpar ta’ wara" tfisser il-fanal użat sabiex jagħmel vettura viżibbli b'mod aktar faċili minn wara fi ċpar sfiq

1.2. "Assi ta’ referenza" jfisser l-assi ta’ karatteristika tas-sinjal tad-dawl, determinat mill-manifattur għall-użu bħala d-direzzjoni ta’ referenza (H=0°, V=0°) għall-kejl fotometriku u meta tgħammar il-fanal fuq il-vettura.

1.3. "Ċentru ta’ referenza" jfisser l-intersezzjoni ta’ l-assi ta’ referenza mal-wiċċ li jitfa' d-dawl ta’ barra, speċifikat mill-manifattur tal-fanal.

1.4. "Wiċċ li jitfa' d-dawl ta’ barra", għal direzzjoni ta’ osservazzjoni definita, jfisser il-projezzjoni ortogonali tal-wiċċ li jitfa' d-dawl ta’ barra fuq pjan wieqaf għad-direzzjoni ta’ osservazzjoni.

1.5. "Tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara" tfisser fanali taċ-ċpar ta’ wara li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

1.5.1. l-isem kummerċjali jew trade mark;

1.5.2. il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

1.5.3. l-inklużjoni ta’ komponenti li kapaċi jbiddlu l-effetti ottiċi permezz ta’ riflessjoni, refrazzjoni jew assorbiment;

1.5.4. It-tip tal-bozza tal-filament

2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

2.1. Kull kampjun imsemmi f’1.2.3. ta’ l-Anness II għandu jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet elenkati fis-sezzjonijiet ta’ hawn taħt.

2.2. Il-fanali taċ-ċpar ta’ wara għandhom jiġu hekk disinjati u mibnija li taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu, minkejja kull vibrazzjoni li jistgħu jiġu suġġetti għaliha matul tali użu, it-tħaddim sodisfaċenti tagħhom jibqa’ żgurat u jżommu il-karatteristiċi preskritti minn din id-Direttiva.

3. INTENSITÀ TA’ DAWL MITFUGĦ

3.1. Id-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni msemmija f’1.2.3 ta’ Anness II, li jkun issodisfa l-ħtiġiet ta’ 5 hawn taħt, għandu jkun mhux inqas mill-intensità minima u mhux iktar mill-intensità massima speċifikati hawn taħt u għandu jiġi imkejjel b’relazzjoni ma’ l-assi ta’ referenza fid-direzzjonijiet msemmija hawn taħt (espressi fi gradi mill-assi ta’ referenza).

3.2. L-intensità matul l-assi H u l-V, bejn 10° lejn ix-xellug u 10° lejn il-lemin u bejn 5° ‘il fuq u 5° ‘l isfel, għandha tkun mhux inqas minn 150 cd. L-intensità bejn l-assi għandha tkun mhux inqas minn 75 cd.

3.3. L-intensità ta’ dawl mitfugħ fid-direzzjonijiet kollha fejn id-dawl jista’ jkun osservat m’għandiex teċċedi 300 cd.

3.4. Il-wiċċ li jitfa' d-d-dawl ta’ barra fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza m’għandux jeċċedi 140ċm2.

3.5. Anness III jagħti d-dettalji tal-metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Il-kejl kollu għandu jittieħed b’bozza tal-filament standard bla kulur mit-tip rakkomandat ghal fanal taċ-ċpar ta’ wara u hekk regolat sabiex jipproduċi il-fluss normali ta’ luminosita’ preskritt għal din it-tip ta' bozza.

5. TEST TAR-RESISTENZA GĦAS-SĦANA

5.1. Il-fanal għandu jkun suġġett għal test ta’ operazzjoni kontinwa ta’ siegħa wara perjodu ta’ ‘warm-up’ ta’ 20 minuta. Il-bozza tal-filament użata għandha tkun tal-kategorija rakkomondata għall-fanal, u għandha tiġi fornuta b’kurrent ta’ vultaġġ li jkun tali li jagħti l-qawwa medja speċifikata għat-test tal-vultaġġ korrispondenti.

5.2. Fejn il-qawwa massima biss hija speċifikata, it-test għandu jiġi magħmul billi tirregola l-vultaġġ sabiex takkwista qawwa daqs 90% tal-qawwa speċifikata. Il-qawwa medja jew massima speċifikata hawn fuq għandha tkun fil-każijiet kollha magħżula minn medda ta vultaġġ ta’ 6, 12 jew 24 V skond l-għola valur li tilħaq.

5.3. Wara li l-fanal tkun stabbilizzat għat-temperatura tal-madwar, l-ebda tagħwiġ, deformazjoni, qsim jew bdil tal-kulur ma għandu jidher.

6. KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ

Il-mezz għandu jitfa’ dawl aħmar. Il-kulur tad-dawl mitfugħ, imkejjel bl-użu ta’ sors ta’ dawl b’temperatura tal-kulur ta’ 2854K, li jikkorispondi għal illuminant A tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (CIE), għandu jkun bejn il-limiti ta’ l-kkordinati trikromatiċi li ġejjin:

limitu lejn l-isfar : y ≤ 0.335

limitu lejn il-vjola : y ≤ 0.008

7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Kull fanal taċ-ċpar ta’ wara li għandu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandu jkun konformi mat-tip approvat u jissodisfa l-kundizzjonijiet fotometriċi speċifikati fi 3 u 6. Madanakollu, fil-każ li l-fanal taċ-ċpar ta’ wara meħud saltwarjament minn serje ta’ produzzjoni, il-ħtiġiet għall-intensità minima ta’ dawl mitfugħ (imkejjel minn bozza standard tal-filament kif imsemmi f’4) jistgħu ikunu limitati f’kull direzzjoni relevanti għal 80% tal-valur minimu speċifikat fi 3.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA' KOMPONENT U ĦTIĠIET TA' MMARKAR

1. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA' KOMPONENT

1.1 L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandha tiġi sottomessa mid-detentur ta' l-isem kummerċjali jew trade mark jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.<0}

1.2. Għal kull tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara, l-applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn:

1.2.1. deskrizzjoni qasira u teknika li tistqarr, b’mod partikulari, it-tip(i) ta’ bozza(bozoz) tal-filament rakkomandati, li għandhom jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kummisjoni Elettroteknika Internazzjonali (CIE);

1.2.2. disinni, (tliet kopji), b’dettal suffiċjenti li jippermettu identifikazzjoni tat-tip tal-fanali taċ-ċpar ta’ wara u li juru, ġeometrikament, il-posizzjoni li biha il-fanal taċ-ċpar ta’ wara huwa armat fuq il-vettura, l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jittieħed mill-assi ta’ referenza fit-testijiet (anglu orizzontali H=0°, anglu vertikali V=0°), u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ referenza fl-imsemmija testijiet;

1.2.3. żewġ kampjuni; jekk il-fanal taċ-ċpar ta’ wara jkun tali li jista’ jkun armat biss fuq naħa waħda tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u kapaċi li jiġu armati biss fuq il-lemin jew ix-xellug biss tal-vettura;

1.2.4. kampjun addizzjonali li għandu jinżamm mil-laboratorju għal kull verifika sussegwenti li tista’ tkun neċessarja.

2. MARKI

2.1. Il-kampjuni tat-tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara sottomessi għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark ta’ l-applikant, li għandha tinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx;

2.1.2. marka li tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li tindika it-tip(i) ta’ bozza (bozoz) tal-filament rakkomandati;

2.1.3. u tinkorpora fi spazju kbir bizzejjed sabiex jkollha l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent, u tinkludi simboli addizjonali preskritti f’4; dan l-ispazju għandu jkun indikat fid-disinni imsemmija f’1.2.2.

3. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA' KOMPONENT

3.1. Jekk iż-żewġ kampjuni sottomessi skond 1.2.3. jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Annessi 0, II u III, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent ġħandha tingħata u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għandu jiġi assenjat.

3.2. Dan in-numru ma għandux jigi assenjat lil ebda tip ieħor ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara.

3.3. Fejn approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent hija mitluba għal xi tip ta’ mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta’ wara u fanali oħra, approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent waħdanija tista’ tkun maħruġa basta li l-fanal taċ-ċpar ta’wara jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħra li jiffurmaw parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalih l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent ġiet mitluba, jikkonforma mad-Direttiva speċifika li tapplika għalih.

4. MARKI

4.1. Kull fanal taċ-ċpar ta’wara konformi ma’ tip appruvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti minn rettanglu madwar l-ittra żgħira "e", u warajha n-numru jew ittra(i) distintiva ta’ l-Istat Membru li ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent:

1 għall-Ġermanja,

2 għal Franza,

3 għall-Italja,

4 għall-Olanda,

6 għall-Belġju,

11 għar-Renju Unit,

13 għal-Lussemburgu,

18 għad-Danimarka

IRL għall-Irlanda.

Għandha tinkludi ukoll numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent li jaqbel man-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent maħruġ għat-tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ wara fil-kwistjoni.

4.3. Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandha jkollha miżjud magħha s-simbolu addizzjonali "F".

4.4. In-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent għandu jiġi imqiegħed f’posizzjoni konvenjenti viċin ir-rettanglu li jdawwar l-ittra "e".

4.5. Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent u s-simbolu addizjonali għandhom jiġu mwaħħla mal-lenti tal-fanal, jew waħda mil-lentijiet, b’tali mod li ma jkunux jistgħu jitħassru u li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar meta il-fanal(i) taċ-ċpar ta’ wara jiġi/jiġu mgħammar fuq il-vettura.

4.6. Eżempju ta marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent tal-fanal taċ-ċpar ta’ wara u s-simboli addizzjonali huma murija fl-Appendiċi 1.

4.7. Meta numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent waħdanija huwa maħruġ, skond 3.3, għal tip ta’ mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta’ wara u fanali oħra, marka waħda ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent tista' tiġi imwaħħla, u li tikkonsisti minn:

- li jdawwar l-ittra "e" u warajha ittra(i) jew numru distintiv ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent,

- numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent,

- simboli addizzjonali meħtieġa mid-Direttivi varji li taħthom l-approvazzjon tat-tip tal-KEE ta' komponent ġiet maħruġa.

4.8. Id-dimensjonijiet tal-komponenti varji ta’ din il-marka m‘għandhomx ikunu inqas mill-akbar tad-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki individwali tad-Direttivi li taħthom l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip ġiet maħruġa.

4.9. Eżempji tal-marki ta’ approvazzjoni tat-tip ta' komponent għal mezz li jinkludi diversi fanali huma mogħtija f’Appendiċi 2.

--------------------------------------------------

Appendiċi 1

Eżempju ta' approvazzjoni tal-komponent tat-tip tal-KEE

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent muri hawn fuq huwa fanal taċ-ċpar ta’ wara li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fir-Renju Unit (e 11) taħt numru 1471.

--------------------------------------------------

Appendiċi 2

Eżempju ta' marki ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li għandu marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent li tidher hawn fuq hu mezz li jinkludi fanal li jindika d-direzzjoni f’kategorija 2, fanal ta' waqfien, fanal ta' posizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), riflettur reflex fi klassi I, u fanal taċ-ċpar ta’ wara, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fil-Belġju (e 6) taħt in-numru 270. Il-vleġġa tindika f’liema posizzjoni dan il-mezz, li jista' jiġi armat bis fuq ġenb wieħed tal-vettura, għandu jiġi armat. Il-vleġġa tipponta lejn ' il-quddiem tal-vettura.

Eżempju ta’ marki fuq mezz li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li jinkludi għadd ta’ fanali (inkorporati reċiprokament)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

KEJL FOTOMETRIKU

1. Matul il-kejl fotpmetriku, stray reflections għandhom ikunu prevenuti permezz ta’ għatu xierqa.

2. Il-kejl għandu jsir b’tali mod li jiġu milħuqa dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

2.1. id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun tgħodd il-liġi ta’ l-invers tal-kwadru tad-distanza;

2.2. lit-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-apertura angulari tar-riċevitur meta tħares lejħ miċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal hija bejn 10' u 1º;

2.3. il-ħtieġa ta’ intensità għal direzzjoni partikulari ta’ osservazzjoni għandha tkun sodissfata jekk dik il-ħtieġa hija milħuqa f’direzzjoni li tiddevja b'mhux iktar minn 15' mid-drezzjoni ta’ l-osservazzjoni.

3. Id-direzzjoni Hmal-vettura, għandha tkun orizzontali, paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u orj = 0º u V = 0º tikkorrispondi ma’ l-assi tar-riferenza (li, meta l-fanal ikun imwaħħal entata fid-direzzjoni meħtieġa tal-viżibbiltà). Din tgħaddi miċ-ċentru tar-riferenza.

+++++ TIFF +++++

3.1. Intensitajiet barra mill-assi għandhom jiġu imkejjla ġor-rombu deskritt mid-direzzjoni tat-tarf ta’ kejl (ara figura ta’ hawn fuq).

--------------------------------------------------