31997D0462



Official Journal L 198 , 25/07/1997 P. 0027 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ġunju 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu pannelli abbażi ta’ l-injam

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/462/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposiżżjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Filwaqt li l-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, għal bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tigi attestata l-konformità ta’ prodott, ‘il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà’; filwaqt li dan ifisser li hu meħtieġ li wieħed jiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hijiex kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp ċertifikat approvat hijiex meħtieġa għal dak l-iskop;

Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilità trid tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Filwaqt li l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemti stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, mas-sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji tal-prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li permezz tagħha l-manifattur għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika li tassigura li l-prodott jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti stipulati fl-Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li permezz tagħha, b’żieda ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika operata mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni hu nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness III għandha tiġi indikata fil-mandati għal standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU Nru L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

Pannelli abbażi ta’ l-injam mingħajr wiċċ, miksija u verniċċati jew miżbugħin ta’ klassi Euro B [1], C [2], D, E jew F għall-elementi li mhumiex strutturali f’applikazzjonijiet interni jew esterni.

[1] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar x’aktarx ma tinbidilx matul il-proċess tal-produzzjoni.

[2] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar x’aktarx ma tinbidilx matul il-proċess tal-produzzjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Pannelli abbażi ta’ l-injam mingħajr wiċċ, miksija u verniċċati jew miżbugħin għall-elementi strutturali f’applikazzjonijiet interni jew esterni.

Pannelli abbażi ta’ l-injam mingħajr wiċċ, miksija u verniċati jew mgħottija ta’ klassi Euro B [1] jew C [2] għall-elementi li mhumiex strutturali f’applikazzjonijiet interni jew esterni.

[1] Materjali li r-rejazzjoniji tagħhom għan-nar x’aktarx tinbidel matul il-proċess tal-produzzjoni permezz ta’ l-addizzjoni ta’ sustanzi kimiċi.

[2] Materjali li r-rejazzjoniji tagħhom għan-nar x’aktarx tinbidel matul il-proċess tal-produzzjoni permezz ta’ l-addizzjoni ta’ sustanzi kimiċi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

FAMILJA TA’ PRODOTTI

PANNELLI B’BAZI TA’ L-INJAM (1/2)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-utilità(jiet) maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni/Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) huma mitluba li jispeċifikaw li s-sistema(i) li ġejja/in ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armoniżżati rilevanti:

Prodott(i) | Użu/i maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ reazzjoni għan-nar | Attestazzjoni tas-sistema(i) ta’ konformit° |

Pannelli abbażi ta’ l-injam mingħajr wiċċ, miksija u verniċati jew mgħottija | Għall-elementi strutturali f’applikazzjonijiet interni jew esterni | B—C | 1 |

— B—C D, E, F | — 2 + |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi mplimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jeħtieġx li jiġi determinat għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali għal dawn il-karatteristiċi (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawżola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

PANNELLI B’BAZI TA’ L-INJAM (2/2)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/imaħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni/Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja/in ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

Prodott(i) | Użu/i maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) ta’ reazzjoni għan-nar | Attestazzjoni tas-sistema(i) ta’ konformità |

Pannelli abbażi ta’ l-injam mingħajr wiċċ, miksija u verniċati jew mgħottija | Għall-elementi li mhumiex strutturali f’applikazzjonijiet interni jew esterni | B—C | 1 |

— B-C | — 3 |

— D-E-F | — 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi mplimentata anki meta r-rendiment tagħha ma jeħtieġx li jiġi eżaminat għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed m’għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta’ din ix-xorta, ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi. F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din il-karatteristika ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara r-rendiment tal-prodott f’dak ir-rigward.

--------------------------------------------------