21.6.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

25 ta' April 2005

dwar l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija applikaw sabiex isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA:

li jaċċetta dawn l-applikazzjonijiet għall-ammissjoni; il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, li jkunu meħtieġa b'tali ammissjoni, għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Magħmula fil-Lussemburgu, 25 ta' April 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Opinjoni mogħtija fit-22 ta' Frar 2005 (li għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Kunsens mogħti fit-13 ta' April 2005 (li għadu ma ġiex pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).